Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950
IV Campeonato Mundial de Futebol
Selo da Copa de 1950 Cr 1,20.jpg
Bolla kommemorattiva Brażiljana tat-turnew tal-1950
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitantiFlag of Brazil.svg Brażil
Dati24 ta' Ġunju – 16 ta' Lulju
Parteċipanti13 (minn 3 konfederazzjonijiet)
Grawnds(f'6 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svgFlag of Uruguay.svg Urugwaj
It-Tieni post Silver medal blank.svgFlag of Brazil (1889-1960).svg Brażil
It-Tielet post Bronze medal blank.svgFlag of Sweden.svg Żvezja
Ir-Raba' postFlag of Spain (1945–1977).svg Spanja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti22
Gowls skorjati88 (4 kull logħba)
Attendenza1,045,246 (47,511 kull logħba)
L-aqwa skorer(s)Brażil Ademir (8 gowls)
1938
1954 →

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 kienet ir-raba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret il-Brażil bejn l-24 ta' Ġunju u s-16 ta' Lulju 1950. Din kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja mill-1938, bl-edizzjonijiet tal-1942 u l-1946 jiġu mħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rebbieħa kienu l-Urugwaj, li kienu rebħu wkoll l-edizzjoni inawgurali fl-1930. Huma rebħu lill-pajjiż ospitanti tal-Brażil fl-aħħar logħba deċiżiva. Din hija l-unika edizzjoni fejn ir-rebbieħ ma ġiex deċiż b'finali, kif ukoll fejn it-trofew ġie msemmi bħala t-Tazza Jules Rimet, ad unur il-25 anniversarju mill-presidenza tal-FIFA ta' Jules Rimet.

Pajjiż ospitanti

Wara l-gwerra, il-FIFA kienet imħeġġa biex terġa' tqajjem il-kompetizzjoni mill-iktar fis. Ir-riżultat tal-gwerra ħalla lill-Ewropa f'rovina, u riżultat t'hekk il-FIFA sabitha diffiċli ssib pajjiż interessata li tospita dan l-avveniment. Dan minħabba li ħafna mill-gvernijiet iddeċidew li jiddedikaw ir-riżorsi skarsi tagħhom għal ħtiġijiet aktar essenzjali minn dik ta' ċelebrazzjoni sportiva. Bit-Tazza tad-Dinja tkun f'risku li ma ssirx minħabba n-nuqqas ta' interess mill-komunità internazzjonali, il-Brażil ippreżenta l-kandidatura tiegħu matul il-Kungress tal-FIFA tal-1946 u offra li jorganizza t-turnew bil-patt u l-kundizzjoni li dan isir fl-1950 (il-pjan oriġinali kien li jsir fl-1949).[1] Il-Brażil u l-Ġermanja kienu minn ta' quddiem fil-kandidatura tagħhom għat-Tazza tad-Dinja tal-1942. Minħabba li l-edizzjonijiet tal-1934 u l-1938 saru fl-Ewropa, storiċi tal-futbol ġeneralment jaqblu li l-avveniment tal-1942 kellu jingħata lil pajjiż Sud-Amerikan.

Other Languages
Bahasa Indonesia: Piala Dunia FIFA 1950
Bahasa Melayu: Piala Dunia FIFA 1950
srpskohrvatski / српскохрватски: FIFA Svjetsko prvenstvo 1950.
Simple English: 1950 FIFA World Cup
oʻzbekcha/ўзбекча: FIFA Jahon chempionati 1950