Speċi

Il-livelli varji tas-sistema ta' klassifikazzjoni xjentifika.SpeċiĠeneruFamiljaOrdniKlassiFajlumRenjuDominjuĦajja

Kabbar
Il-ġerarkija tal-ikbar tmien gradi tassonomiċi tal-klassifikazzjoni xjentifika.

Fil-bijoloġija, speċi hija unità bażika tal-bijodiversità. Fil-Klassifikazzjoni xjentifika, speċi tingħata isem b'żewġ partijiet, bil-Latin. L-ewwel parti huwa l-Ġeneru bl-ewwel ittra kapitalizzata u t-tieni parti eżatt wara miktuba kollha b'ittri żgħar.

Eżempju: il-Bniedem jagħmel parti mil-ispeċi huwa Homo sapiens. L-isem ta' l-ispeċi huwa magħmul dejjem miż-2 partijiet u jissejjaħ isem binominali jew il-binominal u mhux mit-tieni parti biss (li tissejjaħ l-epitet speċifiku, għall-pjanti, jew l-isem speċifiku, għall-annimali). Il-binominal, li wara ħafna kien ġie formalizzat fil-kodiċi bijoloġiċi tan-nomenklatura, kien introdott bħala xi ħaġa standard minn Carolus Linnaeus fl-1700 u b'hekk irrisulta li xi drabi jissejjaħ in-"Nomenklatura Linnaeusjana". Dak iż-żmien, it-Teorija bijoloġika kienet tgħid li l-ispeċi jirrapreżentaw atti ta' kreazjoni indipendentement minn Alla u b'hekk kienu kkunsidrati objettivament reali u immutabli.

Bl-avvent tat-teorija ta' l-Speċi hija dik ta' Speċi huma użati (ara Definizjonijiet ta' Speċi hawn taħt).

L-isem xjentifiku ta' speċi propjament irid jinkiteb italizzat. Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li m'hijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni "sp." fis-singular jew "spp." fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-isem speċifiku jew l-epitet speċifiku.

Definizjonijiet ta' Speċi

Speċi hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni. Din id-definizjoni tiddefinixxi Speċi riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament...

Id-definizjoni ta' Speċi hawn fuq li parti minnha hija ta' Ernst Mayr, hija ftit idejalistika. Din tassumi Speċi:

Speċi Tipoloġika 
Grupp ta' organiżmi f'liema l-individwi huma membri ta' l-ispeċi jekk huma konformi biżżejjed ma' certu kriterji fissi. Il-qalba tal-varjazjonijiet jew fenotipi fl-eżemplarijiet (ie: dnieb twal u qosra) jiddiferenzjaw l-ispeċi. Dan il-metodu klassiku gie użat biex ikunu determinati l-ispeċi, bħal fil-każ ta' Linnaeus kmieni fit-teorija evoluzjonarja. Madankollu, llum il-ġurnata nafu li fenotipi differenti ma jfissrux li għandhom iwasslu dejjem għal speċi differenti (eż. Drosophila b'4 gwejnaħ imwieled għand omm b'2 gwejnaħ ma jfissirx li huma speċi differenti minn xulxin). Speċi imsemmija b'dan il-mod jissejħu morfospeċi.
Speċi Morfoloġika 
Popolazjoni jew grupp ta' poplazjonijiet li huma mofoloġikament differenti minn popolazjonijiet oħra. Pereżempju, wieħed jista jaraf bejn tiġieġq u papra għax għandhom il-forma tal-munqar w is-saqajn visibilment differenti. L-ispeċi ġew definiti b'dan il-mod minn ħafna qabel ma' l-istorja bdiet tiġi miktuba. Dan il-kunċett ta' speċi huwa kritikat ħafna għax dati ġenetiċi reċenti urew li popolazjonijiet ġenetikament 'il bogħod jisgħtu jkunu mofoloġikament simili filwaqt li popolazjonijiet b'differenzi morfoloġiċi kbar xi kultant jisgħtu jkunu relatati fil-qrib. Wieħed ma jridx jinsa, li l-biċċa l-kbira tal-ispeċi magħrufa ġew deskritti biss morfoloġikament u b'hekk fil-futur mhux 'il bogħod wieħed jista jistenna bidliet kbar.
Speċi Bijoloġika / Iżolata 
Set ta' popolazjonijiet li attwalment jew potenzjalment jipproduċu bejniethom. Ġeneralment fix-xogħolijiet tax-xjentisti din hija l-aktar formulazjoni utli b'eżempji ta' Taksa ogħlja bħal mammiferi, ħut, u għasafar, iżda bla sens għal organiżmi li ma jirriproduċux sesswalment. Din ma tiddistingwixx bejn il-possibilita tejoretika ta' riproduzjoni fil-popolazjoni biss w il-possibilita ta' taħlit attwali ta' ġeni bejn il-popolazjonijiet u b'hekk mhijiex pratikabli f'sitwazjonijiet ta' popolazjonijiet allopatriċi (jew f'popolazjonijiet ġeografikament iżolati). Ir-risultati ta' riproduzjoni sperimentali f'kundizjonijiet artifiċjali jistgħu bħal ma jistgħux jirriflettu x'jista jiġri li kieku l-istess organiżmi jiltaqgħu fis-selvaġġ u b'hekk huwa diffiċli biex wieħed jgħid jekk dawn ir-risultati humiex referenzi tajba għal-popolazjonijiet naturali.
Speċi b'għarfien ta' sieħeb
Grupp ta' organiżmi li huma magħrufa li jarfu lil xulxin bħal sieħeb jew sieħba potenzjali. Bħal kunċett tal-ispeċi iżolata hawn fuq dan japplika għal organiżmi li jipproduċu sesswalment. Biss b'differenza mill-kunċett tal-ispeċi iżolata, dan jiffoka speċifikament fuq iżolazjoni riproduttiva qabel it-tagħmir.
Speċi Filoġenetika / Evoluzjonarja / Darwinjana 
Grupp ta' organiżmi li għandhom l'istess antenat; linjaġġ li jżomm l-integrita b'rispett għal linjaġġi oħra kemm minn żmien għal ieħor u spazju. f'ċertu punt tal-progress ta' dan il-grupp stess, uħud mil-membri jinbidlu u jinfirdu minn wieħed għal ieħor: meta din il-bidla u firda tkun ċara biżżejjed iż-2 popolazjonijiet jibdew jitqiesu speċi separati.
Microspeċi 
Speċi li tirriproduċi mingħajr meiosis jew fertilizazjoniion b'hekk kull ġenerazjoni tkun ġenetikament identika jew l'istess għal dik ta' qabel.

Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet. Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' Speċi li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju. Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bijoloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika. Għal-biċċa l-kbira tal- Speċi filoġenetika. Ħafna Speċi bijoloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta.

Other Languages
Afrikaans: Spesie
Alemannisch: Art (Biologie)
aragonés: Especie
العربية: نوع (تصنيف)
asturianu: Especie
azərbaycanca: Bioloji növ
башҡортса: Төр (биология)
Boarisch: Oart (Biologie)
беларуская: Біялагічны від
беларуская (тарашкевіца)‎: Від (біялёгія)
български: Вид (биология)
भोजपुरी: प्रजाति
বাংলা: প্রজাতি
brezhoneg: Spesad
català: Espècie
کوردی: جۆرە
čeština: Druh
Чӑвашла: Тĕс (биологи)
Cymraeg: Rhywogaeth
dansk: Art
English: Species
Esperanto: Specio
español: Especie
euskara: Espezie
suomi: Laji
français: Espèce
Frysk: Soarte
Gaeilge: Speiceas
galego: Especie
Avañe'ẽ: Juehegua
Fiji Hindi: Species
hrvatski: Vrsta
hornjoserbsce: Družina (biologija)
Kreyòl ayisyen: Espès
magyar: Faj
interlingua: Specie
Bahasa Indonesia: Spesies
Ilokano: Sebbangan
ГӀалгӀай: Биологен кеп
italiano: Specie
日本語: 種 (分類学)
Patois: Spiishi
Basa Jawa: Spésies
ქართული: სახეობა
қазақша: Түр
ಕನ್ನಡ: ಜಾತಿ
한국어: 종 (생물학)
къарачай-малкъар: Биология тюрлю
kurdî: Cure
Кыргызча: Түр
Lëtzebuergesch: Aart
lumbaart: Spéce
lietuvių: Rūšis
latviešu: Suga
македонски: Вид (биологија)
മലയാളം: സ്പീഷീസ്
монгол: Зүйл
Bahasa Melayu: Spesies
မြန်မာဘာသာ: မျိုးစိတ်
Napulitano: Specia
Plattdüütsch: Oort (Biologie)
नेपाल भाषा: प्रजाति
Nederlands: Soort
norsk nynorsk: Art
norsk: Art
ਪੰਜਾਬੀ: ਪ੍ਰਜਾਤੀ
Kapampangan: Species
Piemontèis: Spece
پنجابی: سپیشیز
português: Espécie
Runa Simi: Rikch'aq
русиньскый: Вид (біолоґія)
Scots: Species
srpskohrvatski / српскохрватски: Vrsta
Simple English: Species
slovenčina: Druh (taxonómia)
slovenščina: Vrsta (biologija)
shqip: Lloji
српски / srpski: Врста (биологија)
Basa Sunda: Spésiés
svenska: Art
Kiswahili: Spishi
తెలుగు: జాతి
Türkmençe: Biologik görnüş
Tagalog: Espesye
Türkçe: Tür
татарча/tatarça: Төр (биология)
українська: Вид
اردو: نوع
oʻzbekcha/ўзбекча: Tur (biologiya)
vèneto: Spece
Tiếng Việt: Loài
West-Vlams: Sôorte
Winaray: Espesyis
მარგალური: გვარობა
ייִדיש: זגאל
中文: 物种
粵語: 物種