Romantiċiżmu

Il-pittura ta' Caspar David Friedrich Der Wanderer über dem Nebelmeer

 Ir-raġuni tagħmilna pupi; l-emozzjoni tagħmilna allat. 

—Friedrich Hölderlin

 Billi nlibbes dak li hu komuni b'tifsira sublimi; dak li hu ordinarju b'aspett misterjuż; dak li hu familjari bl-impressjoni ta' dak li mhux; dak li hu finit b'sura ta' infinità; b'hekk nirromantiċizza. 

—Novalis

Ir-Romantiċiżmu kien moviment artistiku, letterarju, intellettwali u li ġie żviluppatfil-Ġermanja fit-tmiem tas-seklu tmintax u mbagħad nfirex madwar l-Ewropa. Ir-Romantiċiżmu kiseb qawwa matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Ir-Romantiċiżmu kienet dik ir-reazzjoni fejn l-idejat kienu kontra l-Illuminiżmu u li fosthom kienu jiġu minn filosfi tas-seklu tmintax.

Karatteristiċi

Fis-sens bażiku, it-terminu "romantiċiżmu" ġie użat biex jirreferi għal ċerti artisti, poeti, kittieba, mużiċisti, kif ukoll politiċi, filosofiċi u ħassieba soċjali tad-tard tas-seklu tmintax sal-bidu tan-nofs ta seklu dsatax.

Ir-Romantiċiżmu rawwem kuxjenza ossessiva dwar is-sbuħija tan-Natura u l-misteri tagħha. In-Natura tinbidel f'dinja animata fejn kull element u kull ħlejqa huma mogħnija b' sensibbiltà li tħoss u taħseb. Ir-Romantiċiżmu wettaq l-emozzjoni u l-esperjenzi sensorji filwaqt li ċaħad ir-raġuni u l-intellett. Ir-raġuni ma tistax tasal biex tagħti tifsira xierqa lil kulma jinħass f'ruħ il-bniedem; għalhekk is-superjorità tas-sentiment. Ir-Romantiċiżmu donnu qed jgħid: "Jien inħoss, allura neżisti."

Ir-Romantiċiżmu enfasizza l-burdati estremi u t-taqbidiet interjuri tal-bniedem. Għalhekk jispikkaw sentimenti qawwija ta' mħabba u mibegħda, ħlewwa u rabja, hena u niket, qlubija u biża', tama u disperazzjoni. Barra li fittex is-sabiħ u l-veru fl-imgħoddi, igglorifika l-passat taħt lenti nostalġika. Ir-Romantiċiżmu:

  • Xeħet ħarstu fuq dak li hu eżotiku, remot, stramb u misterjuż; għalhekk is-sopravvent tal-fantasija.
  • Ħares lejn l-artist bħala forza kreattiva li kapaċi tittraxxendi r-regoli stabbiliti. L-artist romantiku hu bniedem ispirat, ħafna drabi b'ego minfuħ; għalhekk, iqis lilu nnifsu bħala profeta jew viżjonarju.
  • Ippropaga l-kunċett tal-ġenju li jeħodha kontra l-konvenzjoni u l-kunċett ta' l-eroj li jissagrifika ruħu għall-ideali tiegħu.
  • Rewwaħ is-sens ta' nazzjonaliżmu. Il-patrija hija jedd ta' kull ċittadin filwaqt li hu d-dmir ta' kulħadd li jqim lil ġensu.
  • Kebbes interess fil-folklor u l-kultura popolari. Is-sens demokratiku jitlob rispett lejn l-ilsien, it-tradizzjonijiet, il-valuri u l-miti tal-poplu.
  • Ħares lejn id-dinja mhux kif tidher iżda kif xtaqha. Kollox hu trasportat f'dinja alternattiva fejn dak li jgħodd mhuwiex il-materja fiżika iżda l-ispirtu.

Ir-Romantiċiżmu jimplika l-libertà ta' l-ispirtu:

  • Huwa liberu fil-ħsieb għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment ta' l-immaġinazzjoni u l-ħolm.
  • Huwa liberu fis-sentimenti għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment tal-passjoni u l-emozzjoni.
  • Huwa liberu fil-politika għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment tan-nazzjonaliżmu u d-demokrazija.
  • Huwa liberu fil-konfront ma' l-ambjent għalhekk ir-Romantiċiżmu hu l-moviment li jirritorna lejn in-Natura u l-ġenesi ta' l-istorja.

Ħafna storiċi intellettwali raw ir-Romantiċiżmu bħala moviment li serva bħala muftieħ fil- Kontro-Illuminiżmu, li kienet ir-reazzjoni kontra ż- Żmien l-Illuminiżmu.

Other Languages
Afrikaans: Romantiek
Alemannisch: Romantik
aragonés: Romanticismo
العربية: رومانسية (فن)
asturianu: Romanticismu
azərbaycanca: Romantizm
تۆرکجه: رومانتیزم
башҡортса: Романтизм
беларуская: Рамантызм
беларуская (тарашкевіца)‎: Рамантызм
български: Романтизъм
bosanski: Romantizam
català: Romanticisme
Cebuano: Romantisismo
کوردی: ڕۆمانتیزم
čeština: Romantismus
Чӑвашла: Романтизм
Cymraeg: Rhamantiaeth
Deutsch: Romantik
Ελληνικά: Ρομαντισμός
English: Romanticism
Esperanto: Romantikismo
español: Romanticismo
eesti: Romantism
فارسی: رمانتیسم
français: Romantisme
Frysk: Romantyk
Gaeilge: Rómánsachas
贛語: 浪漫主義
galego: Romanticismo
עברית: רומנטיקה
hrvatski: Romantizam
magyar: Romantika
հայերեն: Ռոմանտիզմ
interlingua: Romanticismo
Bahasa Indonesia: Romantisisme
íslenska: Rómantíkin
italiano: Romanticismo
日本語: ロマン主義
Basa Jawa: Romantisisme
ქართული: რომანტიზმი
한국어: 낭만주의
kurdî: Romantîzm
Кыргызча: Романтизм
Lingua Franca Nova: Romanticisme
Limburgs: Romantiek
lietuvių: Romantizmas
latviešu: Romantisms
македонски: Романтизам
മലയാളം: കാല്പനികത
монгол: Романтизм
Nedersaksies: Romantiek
norsk nynorsk: Romantikken
occitan: Romantisme
ਪੰਜਾਬੀ: ਰੋਮਾਂਸਵਾਦ
Papiamentu: Romanticismo
polski: Romantyzm
پنجابی: رومانیت
português: Romantismo
rumantsch: Romantica
română: Romantism
русский: Романтизм
русиньскый: Романтізм
sicilianu: Rumanticismu
سنڌي: رومانيت
srpskohrvatski / српскохрватски: Romantizam
Simple English: Romanticism
slovenčina: Romantizmus
slovenščina: Romantika
српски / srpski: Романтизам
Seeltersk: Romantik
svenska: Romantiken
тоҷикӣ: Романтизм
Tagalog: Romantisismo
Türkçe: Romantizm
українська: Романтизм
اردو: رومانیت
oʻzbekcha/ўзбекча: Romantizm
vèneto: Romanticismo
Tiếng Việt: Chủ nghĩa lãng mạn
West-Vlams: Romantiek
walon: Romantisse
Winaray: Romantisismo
中文: 浪漫主义
Bân-lâm-gú: Lô-bān-chú-gī
粵語: 浪漫主義