Mafja

Il-Mafja hija organizzazzjoni kriminali terroristika li bdiet fi Sqallija sa mill-bidu tas-seklu 19 u li fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin saret organizzazzjoni internazzjonali. Hija magħrufa ukoll bħala Cosa nostra (il-ħaġa tagħna).

L-Oriġini

Cosa nostra bdiet fost il-klassi soċjali tal-massari, fattori u gabillotti, li kienu jieħdu ħsieb l-artijiet tan-nobbiltà ta' Sqallija, bl-hekk imsejħa braccianti li kienu jaħdmu fihom. Cosa nostra bdiet għax l-Istat ftit li xejn kien preżenti fit-territorju, u hekk ħadet ir-riedni hi f'idejha. Kienu nies vjolenti, li kienu jagħmlu ta' intermedjarji bejn il-proprjetarji fewdali u s-servi, u biex xogħolhom jagħmluh aħjar ġabru magħhom persuni li jesegwixxu l-ordnijiet tagħhom, imsejħin scagnozzi. Dawn il-gruppi malajr saru xi ħaġa permanenti u ħadu l-isem ta' "setet, konfraternitajiet, cosche (gruppi)".

L-ewwel dokument storiku li fih jissemma grupp mafjuż huwa fl-1837: il-Prokurator Ġenerali ta' Trapani, Pietro Calà Ulloa, jinforma lis-superjuri tiegħu f' Napli bl-attivitajiet ta' setet strambi imdaħħlin f'attività kriminali li kienu jikkorompu ukoll lill-impjegati pubbliċi. Fl-1863 Giuseppe Rizzotto kiteb flimkien ma' Gaspare Mosca, I mafiusi de la Vicaria, opra teatrali bl-Isqalli ambjentata fil-Grandi Prigioni ta' Palermo. Kien b'dan id-dramm li nqaleb għat-Taljan u kellu suċċess kbir, li l-kelma mafia saret kelma popolari mal-Italja kollha. Sa dak iż-żmien il-mafja kienet tidher bħala struttura 'il barra mill-Istat, iżda fl-istess ħin marbuta sew miegħu.

Il-mafja kompliet tikber grazzi għal dak li ġara fi żmien l-Unità tal- Italja u wara, l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika akuta li din ġabet fi Sqallija u fin-nofsinhar tal-Italja. L-Istat ma kienx qed jirnexxilu jkollu kontroll dirett u stabbli tat-tmexxija ta' Sqallija, li l-organizzazzjoni soċjali tagħha kienet ferm differenti minn dik tan-nord, u beda jħalli f'idejn il-gruppi mafjużi, li billi kienu jafu sew il-mekkaniżmi lokali, malajr ħadu post il-gvern ċentrali.

Wieħed mill-aktar proċessi famużi ta' dak iż-żmien seħħ fl-1885 kontra l-membri tal-"Fratellanza di Favara", grupp mafjuż f' Agrigento li kellu ritwal ta' inizzjazzjoni li jixbah lil tal-mażuni. Dawn kienu jniggżu s-suba' l-werrej tal-membri ġodda, iħallu marka tad-demm fuq santa, u jaħarqu s-santa filwaqt li l-mafjuż il-ġdid jirreċita formula ta' ġurament: ċerimonja bħal din kienet tipika tal-gruppi mafjużi ta' Palermo, li ħafna mill-membri tal-"Fratellanza" kienu daħlu fihom fl-1879, meta spiċċaw il-ħabs flimkien ma' mafjużi Palermitani fil-ħabs ta' Ustica.

Fl-1893, wara d-delitt tal-Markiż Notarbartolo, l-eżistenza ta' Cosa nostra (u tar-rapporti tagħha mal-politika) saret magħrufa mal-Italja kollha.

Other Languages
العربية: مافيا
azərbaycanca: Mafiya
беларуская (тарашкевіца)‎: Мафія
български: Мафия
brezhoneg: Mafia
bosanski: Mafija
català: Màfia
čeština: Mafie
Cymraeg: Maffia
dansk: Mafia
Deutsch: Mafia
Ελληνικά: Μαφία
English: Mafia
Esperanto: Mafio
español: Mafia
eesti: Maffia
euskara: Mafia
فارسی: مافیا
suomi: Mafia
français: Mafia
Gaeilge: Maifia
עברית: מאפיה
हिन्दी: माफ़िया
hrvatski: Mafija
magyar: Maffia
Հայերեն: Մաֆիա
Bahasa Indonesia: Mafia
Ido: Mafio
italiano: Mafia
日本語: マフィア
ქართული: მაფია
қазақша: Мафия
한국어: 마피아
Latina: Mafia
lietuvių: Mafija
latviešu: Mafija
македонски: Мафија
മലയാളം: മാഫിയ
Bahasa Melayu: Mafia
Napulitano: Mafia
Nederlands: Maffia
norsk: Mafia
occitan: Màfia
polski: Mafia
português: Máfia
română: Mafie
русский: Мафия
sicilianu: Mafia
Scots: Mafia
srpskohrvatski / српскохрватски: Mafija
Simple English: Mafia
slovenčina: Mafia
slovenščina: Mafija
shqip: Mafia
српски / srpski: Мафија
svenska: Maffia
тоҷикӣ: Мафия
Tagalog: Mafia
Türkçe: Mafya
українська: Мафія
اردو: مافیا
oʻzbekcha/ўзбекча: Mafiya
vèneto: Mafia
vepsän kel’: Mafii
Tiếng Việt: Mafia
Winaray: Mafia
ייִדיש: מאפיא
中文: 黑手党
粵語: 黑手黨