Guido de Marco

Guido de Marco

Guido de Marco ( Valletta, 22 ta' Lulju 1931 – Tas-Sliema, 12 ta' Awwissu, 2010) kien politiku Malti li serva bħala l- President ta' Malta bejn l-1999 u l-2004. Kien ukoll Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Intern u tal-Ġustizzja, u wara tal-Affarijiet Barranin fejn kien strumentali biex Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Bejn l-1990 u l-1991 kien ukoll President tal-Assemblea Ġenerali tal- Ġnus Magħquda

Tfulija

Guido De Marco twieled il- Belt Valletta nhar it-22 ta' Lulju, 1931, l-uniku iben ta' Emanuele u Giovanna mwieleda Raniolo. [1] Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Sekondarja ta' San Ġużepp, fil- Kulleġġ ta' San Alwiġi u aktar tard fl- Università ta' Malta. Mill-Università ggradwa fil- Baċellerat tal-Arti fl-1952, fil- Filosofija, l- Ekonomija u t- Taljan, u fl-1955 bħala Duttur tal-Liġi. Għal xi żmien serva bħala avukat tal-gvern.

Other Languages
беларуская (тарашкевіца)‎: Гўіда дэ Марка
български: Гуидо де Марко
español: Guido de Marco
français: Guido de Marco
italiano: Guido de Marco
Nederlands: Guido de Marco
português: Guido de Marco
Simple English: Guido de Marco
slovenščina: Guido de Marco
українська: Гвідо де Марко
oʻzbekcha/ўзбекча: Guido de Marco