Bormla

Bormla Ċittà Cospicua

Mottu: Portus Herculis

Isem uffiċjali:Ingens Amplectitur Agger
Stat:Malta Malta
Isem tal-abitanti:Bormliż (m), Bormliża (f), Bormliżi (pl)

Mappa

Latitudni:35°52' N
Lonġitudni:14′31' E
Erja:0.9 km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

5,658
6,300/km2
Konfini:Birgu, Kalkara, Fgura, Raħal Ġdid, Isla,Żabbar
Sindku:Joseph Scerri (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Verġni Marija
Il-ħames Ħadd ta' Lulju jew l-ewwel Ħadd ta' Awissu

Koordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.88222; 14.52222Bormla, hi belt f'Malta, l-ikbar waħda mill-grupp ta' tlett ibliet li jifformaw il-Kottonera. Bormla tissejjaħ ukoll Cospicua, laqam li jwassal minn żmien il-Kavallieri, probabilment minħabba s-swar majestużi tagħha. F'Diċembru 2005 kienet tgħodd 6,092 ir-ruħ.

Bormla tinsab bejn il-Birgu u l-Isla. Dawn it-tlett ibliet jifformaw żona ta' bini fuq xaqliba mill-Port il-Kbir, faċċata mill-Belt Valletta.

Bormla kienet l-aħħar belt minn dawn it-tlieta li nbniet. Il-fortifikazzjonijiet tagħha, mibnijin mill-Kavallieri ta' San Ġwann, huma tant kbar u felħana li kif tarahom tinduna bis-saħħa u x-xogħol li ntefaq fuqhom.

Il-festa ta' Bormla hi fit-8 ta' Diċembru, f'unur l-Immakulata Kunċizzjoni.

L-oriġini tal-kelma Bormla probabilment jiġi mill-isem Bir-Mula: il-Bir tal-Mulej. Fl-1722 il-Gran Mastru Zondadari ddikjaraha belt, taħt l-isem ta' Ċittà Cospicua. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn hawn 'il quddiem, Bormla kellha tkun marbuta ma' l-industrija tat-Tarznari. Minħabba f'hekk, Bormla kienet milquta bl-ikrah fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Nies Magħrufa Bormliżi

  • Mario Azzopardi , qaddief tad-dgħajjes tat-tiġrija u kitarrista
  • Maggie Borġ , ambjentalista mal-Greenpeace
  • Ġużè Chetcuti 1914-2006 , kittieb
  • Abram Gatt 1863-1944 , arġentier u statwarju
  • Joe. H. Griffiths 1910- , kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol
  • Gavino Gulia 1835-1889 , tabib, naturalista, editur ta' Il Barth Maltese
  • Carmelo Mifsud Bonnici 1897-1948, politiku u ministru
  • Karmenu Mifsud Bonnici 1933- , Prim Ministru ta' Malta 1984-87
  • Ugo Mifsud Bonnici 1932- , politiku u President ta' Malta
  • Dom Mintoff 6 t'Awissu 1916-2012 , Prim Ministru ta' Malta 1955-58 u 1971-84
  • Paolino Vassallo 24 ta' Lulju 1856- 20 ta' Jannar 1923, kompożitur
Other Languages
العربية: كوسبيكو
català: Cospicua
нохчийн: Бормла
کوردی: کۆسپیکوا
Deutsch: Cospicua
Ελληνικά: Κοσπίκουα
English: Cospicua
Esperanto: Cospicua
español: Bormla
euskara: Cospicua
فارسی: کاسپیکوا
français: Bormla
magyar: Bormla
հայերեն: Բորմլա
Bahasa Indonesia: Cospicua
italiano: Cospicua
한국어: 보름라
lietuvių: Bormla
Nederlands: Cospicua
norsk: Cospicua
polski: Cospicua
português: Cospicua
русский: Бормла
sicilianu: Cospicua
Simple English: Cospicua
српски / srpski: Бормла
українська: Бормла
მარგალური: ბორმლა
中文: 科斯皮夸