Abort

L-abort huwa t-tneħħija ta’ l-embrijun jew fetu mill-utru ta’ l-omm tqila waqt it-tqala fi żmien meta dan ma jistax jgħix waħdu. L-abort ilu jsir eluf ta’ snin bħala mezz ta’ kontroll tat-twelid u nsibuh f’ħafna kulturi ta’ l-imgħoddi kif ukoll f’dawk tal-lum. Fl-istorja nsibu ħafna filosofiji li jitkellmu kemm favur u kontra l-abort. Waħda mir-reliġjonijiet ewlenin li jikkundannaw l-abort hija dik Nisranija li dejjem qieset l-abort bħala qtil ta’ tarbija innoċenti, għax tqisha bniedem sa mill-bidu nett tat-tnissil tagħha.

Sas-sebghinijiet, l-abort sar legali f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej, fil-Ġappun u fl-Istati Uniti fis-sentenza magħrufa tal-Qorti Suprema ta’ Roe kontra Wade (1973), li fiha ġie ddikjarat li l-fetu mhuwiex ‘persuna’ protetta mill-Kostituzzjoni u li l-abort jista’ jsir fl-ewwel sitt xhur tat-tqala. F’Malta l-abort huwa meqjus bħala delitt u jeżistu pieni kontra min jagħmlu. Madankollu ħafna jsiefru l-Italja jew l-Ingilterra u jabortixxu fl-isptarijiet t’hemmhekk. L-abort huwa differenti mill-metodi ta’ kontraċezzjoni għax waqt li dawn ma jħallux lill-isperma tiltaqa’ mal-bajda, fl-abort il-bajda li titneħħa tkun diġa fekondata u forsi diġa kibret u saret fetu.

Kif isir l-abort

1. Raxkament. L-għonq ta’ l-utru jiġi mwessa’ u tiddaħħal fih sikkina b’xafra mdawra. Il-fetu u l-placenta jitqattgħu biċċiet u jitneħħew. Perikli: Telf ta’ demm, l-aktar jekk l-omm ikollha xi infezzjoni. L-għonq ta’ l-utru jista’ ma jagħlaqx sewwa wara u allura meta l-omm tasal għal xi tqala oħra din ma tkunx tista’ żżommha u titlef it-tarbija. 2. Suction. Ma’ l-għonq ta’ l-utru mfettaħ jiddaħħal pajp bħal tal-vakumkliner li bil-qawwa li biha jiġbed iqatta’ l-fetu biċċiet u jgħaddih għal ġo flixkin bid-demm u l-biċċiet ta’ l-għadam b’kollox. Perikli. Bħal tar-raxkament. 3. Injezzjoni tal-melħ. Il-fetu ġewwa l-ġuf jingħata injezzjoni ta’ melħ li biha jmut xi siegħa wara bi tbatija kbira. Jumejn wara l-fetu joħroġ bħal fi twelid normali. Perikli: Diffiċli fiżikament u psikoloġikament għall-mara. 4. ‘Abortion pill’. Din hija pillola steroid imsejħa RU486 li bdiet tintuża għall-ewwel darba fl-1986 fi Franza u fiċ-ċina. 5. Isterotomija (Hysterotomy). Din l-operazzjoni tixbah lil dik taċ-ċesarja. Iż-żaqq tal-mara u l-utru jiġu miftuħa u minn hemmhekk jinħareġ il-fetu li billi jkun għadu żgħir wisq biex jgħix barra mill-ġuf imut wara ftit.

Other Languages
Afrikaans: Aborsie
aragonés: Alborto
العربية: إجهاض
مصرى: اجهاض
asturianu: Albuertu
azərbaycanca: Abort
башҡортса: Аборт
žemaitėška: Abuorts
беларуская: Аборт
беларуская (тарашкевіца)‎: Аборт
български: Аборт
বাংলা: গর্ভপাত
bosanski: Pobačaj
català: Avortament
کوردی: لەبەرچوون
čeština: Interrupce
Cymraeg: Erthyliad
dansk: Abort
Zazaki: Kurtaj
Ελληνικά: Έκτρωση
English: Abortion
Esperanto: Aborto
español: Aborto
eesti: Abort
euskara: Abortu
فارسی: سقط جنین
suomi: Abortti
føroyskt: Fosturtøka
français: Avortement
Frysk: Abortus
Gaeilge: Ginmhilleadh
galego: Aborto
Avañe'ẽ: Membykua
हिन्दी: गर्भपात
Fiji Hindi: Abortion
hrvatski: Pobačaj
Հայերեն: Վիժում
interlingua: Aborto
Bahasa Indonesia: Gugur kandungan
Ilokano: Alis
íslenska: Fóstureyðing
italiano: Aborto
ᐃᓄᒃᑎᑐᑦ/inuktitut: ᐃᓄᐃᑎᑦᑐᖅ
日本語: 妊娠中絶
Patois: Abaashan
Basa Jawa: Aborsi
ქართული: აბორტი
Kabɩyɛ: Hɔɔ lɩzɩɣ
қазақша: Аборт
한국어: 낙태
Кыргызча: Аборт
Latina: Abortus
Lëtzebuergesch: Ofdreiwung
Limburgs: Abortus
lumbaart: Abort
lietuvių: Abortas
latviešu: Aborts
मैथिली: गर्भपतन
Malagasy: Fanalan-jaza
македонски: Абортус
മലയാളം: ഗർഭഛിദ്രം
монгол: Аборт
मराठी: गर्भपात
Bahasa Melayu: Pengguguran
नेपाली: गर्भपतन
Nederlands: Abortus
norsk nynorsk: Abort
norsk: Abort
Chi-Chewa: Kuchotsa mimba
occitan: Avortament
ଓଡ଼ିଆ: ଗର୍ଭପାତ
ਪੰਜਾਬੀ: ਗਰਭਪਾਤ
Kapampangan: Abortion
polski: Aborcja
Piemontèis: Abòrt
پنجابی: ابورشن
português: Aborto
Runa Simi: Sulluchiy
română: Avort
русский: Аборт
русиньскый: Аборт
srpskohrvatski / српскохрватски: Abortus
සිංහල: ගබ්සාව
Simple English: Abortion
slovenčina: Interrupcia
slovenščina: Splav
chiShona: Kubvisa nhumbu
српски / srpski: Побачај
svenska: Abort
Kiswahili: Utoaji mimba
తెలుగు: గర్భస్రావం
Türkmençe: Abort
Tagalog: Pagpapalaglag
Türkçe: Kürtaj
татарча/tatarça: Аборт
українська: Аборт
oʻzbekcha/ўзбекча: Abort
Tiếng Việt: Phá thai
Winaray: Punit
ייִדיש: אבארטאציע
Yorùbá: Ìṣẹ́yún
中文: 堕胎
Bân-lâm-gú: Jîn-kang liû-sán
粵語: 落仔