Ġwanni Kriżostmu

Johnchrysostom.jpg

Ġwanni Kriżostmu jew Ġwanni t'Antijokja ( Antijokja, 344/ 354 – Comana Pontica, 14 ta' Settembru 407) kien reliġjuż Nisrani, patrijarka ta' Kostantinopli, u miżmum mill- Knisja Kattolika bħala wieħed mill-ikbar erba' Missirijiet tal-Knisja tal-Lvant.

Bijografija

Ġwanni Kriżostmu twieled f’ Antijokja, madwar is-sena 347, minn familja Nisranija, nobbli u tat-tajjeb. Missieru Sekundu miet meta hu kien għad kellu sentejn jew inqas, u meta ommu Antusa kellha biss għoxrin sena. L-ewwel edukazzjoni, ħadha mingħand ommu. Imbagħad tgħallem il-filosofija fl-Iskola ta’ Andragazju, u studja r-retorika fl-iskola ta’ Libanju minn Antijokja, li kien mgħallem tar-rettorika u filosofu magħruf, u li kellu korrispondenza ma’ San Bażilju l-Kbir. Wara li għalaq tmintax-il sena, Melazju, l-Isqof ta’ Antijokja, magħruf bħala l-Konfessur, ħallih joqgħod fis-servizz tiegħu u għamlu Lettur. F’dan iż-żmien, Ġwanni tgħallem it-teoloġija mingħand Dijodoru ta’ Tarsu, li aktar ’il quddiem sar Isqof ta’ Tarsu.

Sa minn kmieni, San Ġwann Krisostmu beda jgħix ħajja ħarxa ta’ penitenza kbira. Sa fl-aħħar qata’ xewqtu li jgħix fl-eremitaġġ meta mar lejn il-muntanji tal-qrib u qagħad ġo għar ma’ eremit xiħ. Imma minħabba n-nuqqas ta’ rqad, u l-umdita’ saħħtu ċediet u kellu joħroġ jfittex il-kura medika meħtieġa.

Other Languages
asturianu: Xuan Crisóstomu
azərbaycanca: İohann Xrisostom
беларуская: Іаан Златавуст
български: Йоан Златоуст
čeština: Jan Zlatoústý
Cymraeg: Ioan Aurenau
français: Jean Chrysostome
hrvatski: Ivan Zlatousti
Bahasa Indonesia: Yohanes Krisostomus
latviešu: Joans Hrizostoms
Bahasa Melayu: John Chrysostom
norsk nynorsk: Johannes Chrysostomos
português: João Crisóstomo
srpskohrvatski / српскохрватски: Jovan Hrizostom
Simple English: John Chrysostom
slovenčina: Ján Zlatoústy
slovenščina: Janez Zlatousti
српски / srpski: Јован Златоусти
Tiếng Việt: Gioan Kim Khẩu