Ġeneru (tassonomija)

Fin- Nomenklatura Binominali użata mad-Dinja kollha, l-isem ta' organiżmu huwa magħmul minn 2 partijiet: l-isem ġeneriku (dejjem kapitalizzat) u l-isem speċifiku (magħruf bħala "epithet"). Eżempju huwa Homo sapiens, l-isem xjentifiku tal-i speċi Umana li tagħmel parti mill- Ġeneru Homo.

Il-burduri bejn il- Ġeneri kienu storikament suġġettivi, iżda bl-avvent tal- Filoġenetika, sar ferm aktar komuni li l-livelli tassonimiċi kollha 'l fuq mil-livell speċifiku jridu jkunu ristretti għal gruppi li juru biċ-ċar li huma monofiletiċi, dan ifisser li d-dixxendenti ta' Takson anċestrali jridu jiġu miġbura flimkien fi grupp wieħed, anke jekk uħud minnhom ma jkunux jaqsmu l-karatteristiċi viżibli kollha mal-bqija. Dan kollu fil-kodiċi taż-Żooloġija jew tal-Botanika qatt ma kien rekwiżit u b'hekk din hija diskussjoni taħraq għaddejja l-ħin kollu fil-qasam tas- sistematika; jekk wieħed għandux jibbaża fuq il- Kladistika jew fuq il- Fenetika. Fil-present, il-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet ibbażati fuq il- Fenetika qegħdin jiġu bil-mod il-mod mibdula bi klassifikazjonijiet ibbażati fuq il- Kladistika (eż. Reptilia u Amphibia ma għadhomx użati).

Ħafna Ġeneri jistgħu jiġi maqsuma f' Sottoġeneri (singular Sottogeneru).

Ġeneru f' Renju jista' jiġi użat bħala isem ta' Ġeneru jew Takson ieħor f' Renju ieħor, għalkemm l-International Code of Zoological Nomenclature u l-International Code of Botanical Nomenclature jagħtu l-parir biex dan ma jsirx. Hemm 'il fuq minn 5000 minn dawn l-ismijiet użati f'aktar minn Renju wieħed. Eżempji huma Anura li huwa isem ta' Ordni taż- Żrinġijiet imma huwa wkoll isem ta' Ġeneru ta' pjanti u Aotus li huwa isem ta' Ġeneru tal- pjanta tal-piżelli u ta' Xadina tal-lejl.

Ovvjament fl-istess Renju isem ġeneriku partikolari jista' jintuża għal Ġeneru wieħed. Dan jispjega għaliex il- Ġeneru tal- platipu huwa Ornithorhynchus — għall-ewwel George Shaw fl-1799 kien semmieħ Platypus, iżda kien diġa' użat għal insett minn Johann Friedrich Wilhelm Herbst fl-1793 u peress li l- platipu u l- insetti jagħmlu parti mill-istess Renju l- Animalia, l-isem Platypus ma setax jintuża għat-tnejn li huma u b'hekk Johann Friedrich Blumenbach fis-sena 1800, għall- platipu, ippublika l-isem xjentifiku Ornithorhynchus bħala sostitut.

Il- Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il- Familja u livell aktar 'l fuq mill-i speċi.

Il- Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn l- Infratribu u s- Sottoġeneru (jew Sezzjoni fil-botanika).


Klassifikazzjoni Tassonomika Obbligatorja

Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi

Other Languages
Afrikaans: Genus
Alemannisch: Gattung (Biologie)
العربية: جنس (تصنيف)
башҡортса: Ырыу (биология)
беларуская: Род (біялогія)
беларуская (тарашкевіца)‎: Род (біялёгія)
български: Род (биология)
brezhoneg: Genad
bosanski: Rod (biologija)
čeština: Rod (biologie)
Cymraeg: Genws
dolnoserbski: Rod (biologija)
English: Genus
Esperanto: Genro (biologio)
فارسی: سرده
français: Genre (biologie)
Gaeilge: Géineas
Avañe'ẽ: Jueheguaty
Gaelg: Genus
hornjoserbsce: Ród (biologija)
Bahasa Indonesia: Genus
Ido: Genero
日本語: 属 (分類学)
Basa Jawa: Gènus
한국어: 속 (생물학)
Kurdî: Cins
Кыргызча: Уруу (биология)
Lëtzebuergesch: Gattung (Biologie)
Baso Minangkabau: Genus
македонски: Род (биологија)
മലയാളം: ജീനസ്
Bahasa Melayu: Genus
မြန်မာဘာသာ: မျိုးစု
Plattdüütsch: Geslecht (Biologie)
norsk nynorsk: Biologisk slekt
Kapampangan: Genus
Piemontèis: Géner
português: Género (biologia)
Runa Simi: Rikch'ana
română: Gen (biologie)
русиньскый: Род (біолоґія)
саха тыла: Уус (биология)
Scots: Genus
srpskohrvatski / српскохрватски: Rod (taksonomija)
Simple English: Genus
slovenčina: Rod (taxonómia)
slovenščina: Rod (biologija)
српски / srpski: Род (биологија)
Basa Sunda: Génus
svenska: Släkte
Kiswahili: Jenasi
తెలుగు: ప్రజాతి
Tagalog: Sari
Türkçe: Cins
татарча/tatarça: Ыруг (биология)
українська: Рід (біологія)
اردو: جنس
oʻzbekcha/ўзбекча: Urugʻ (zoologiya)
Tiếng Việt: Chi (sinh học)
Winaray: Genus
მარგალური: გვარი (ბიოლოგია)
中文:
粵語: